- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jippubblika l-kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema fl-2022
23 ta’ Lulju 2021
Din l-istqarrija għall-istampa ġiet aġġornata fl-24 ta’ Settembru 2021 fit-15:00 CET biex tieħu inkunsiderazzjoni l-iskeda tal-laqgħat tal-2022 mibdula tal-Kunsill Governativ
- Il-BĊE jippubblika kalendarju indikattiv għal offerti għall-2022
- Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi indikattiv għall-2022
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika il-kalendarji indikattivi għall-operazzjonijiet regolari tal-Eurosistema ta’ sejħiet għall-offerti u perjodi ta’ żamma ta’ riżerva fl-2022.
Il-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet ta' offerti regolari tal-Eurosistema jinkludi biss l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs) u l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' tliet xhur (LTROs). Ma jinkludux operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2022. Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.
Il-kalendarji indikattivi tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu l-kalendarji tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2022 kif ukoll il-kalendarji tal-operazzjonijiet regolari b’offerta.
Kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2022 (inkluż il-perjodu taż-żamma 8 tal-2021):
PŻ |
Laqgħa tal-Kunsill Governattiv |
Bidu tal-perjodu taż-żamma |
Tmiem il-perjodu taż-żamma |
Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar |
Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru |
Tul tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi (jiem) |
---|---|---|---|---|---|---|
8 |
16 ta’ Diċembru 2021 |
22 ta’ Diċembru 2021 |
8 ta’ Frar 2022* |
Ottubru 2021 |
Settembru 2021 |
49 |
1 |
3 ta’ Frar 2022* |
9 ta’ Frar 2022* |
15 ta’ Marzu 2022 |
Diċembru 2021 |
Settembru 2021* |
35 |
2 |
10 ta’ Marzu 2022 |
16 ta’ Marzu 2022 |
19 ta’ April 2022 |
Jannar 2022 |
Diċembru 2021 |
35 |
3 |
14 ta’ April 2022 |
20 ta’ April 2022 |
14 ta’ Ġunju 2022 |
Frar 2022 |
Diċembru 2021 |
56 |
4 |
9 ta’ Ġunju 2022 |
15 ta’ Ġunju 2022 |
26 ta’ Lulju 2022 |
April 2022 |
Marzu 2022 |
42 |
5 |
21 ta’ Lulju 2022 |
27 ta’ Lulju 2022 |
13 ta’ Settembru 2022 |
Mejju 2022 |
Marzu 2022 |
49 |
6 |
8 ta’ Settembru 2022 |
14 ta’ Settembru 2022 |
1 ta’ Novembru 2022 |
Lulju 2022 |
Ġunju 2022 |
49 |
7 |
27 ta’ Ottubru 2022 |
2 ta’ Novembru 2022 |
20 ta’ Diċembru 2022 |
Settembru 2022 |
Ġunju 2022 |
49 |
8 |
15 ta’ Diċembru 2022 |
21 ta’ Diċembru 2022 |
[tbd] |
Ottubru 2022 |
Settembru 2022 |
[tbd] |
* Dati mibdula, ara l-Istqarrija għall-istampa tad-Deċiżjonijiet tal-24 ta’ Settembru 2021.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja- 23 July 2021