Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Litwanja (mill-1 ta’ Jannar 2015)

Il-Litwanja ssieħbet fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2015. F'din id-data l-euro ħa post il-lats bir-rata tal-kambju fissa ta' €1 = LVL 3.45280. Ir-rata tal-kambju ffissata b’mod irrevokabbli hija €1= LTL 3.45280.

Tisrif ta’ litas Litwani

Fl-uffiċċji tal-posta, għaqdiet tal-kreditu u banek

Il-karti u l-muniti tal-litas jistgħu jissarrfu bla ħlas fi 330 uffiċċju tal-posta u xi għaqdiet tal-kreditu fil-Litwanja bir-rata tal-kambju fissa sal-1 ta' Marzu 2015. Jistgħu jissarrfu fil-banek kollha sat-30 ta' Ġunju 2015. Ċerti banek se jibqgħu jsarrfu l-karti tal-litas sal-31 ta' Diċembru 2015.

Fil-Lietuvos bankas

Il-bank ċentrali se jsarraf il-karti u l-muniti tal-litas bir-rata tal-kambju fissa f’ammonti bla limitu sa żmien indefinit. Dan is-servizz ukoll jingħata bla ħlas.

Indirizzi ta’ Lietuvos bankas

F’banek ċentrali nazzjonali oħra taż-żona tal-euro

Banek ċentrali nazzjonali oħra taż-żona tal-euro jsarrfu l-karti tal-litas bla ħlas bir-rata tal-kambju fissa bejn l-1 ta' Jannar u t-28 ta' Frar 2015. L-ammont li jista’ jissarraf huwa limitat għal €1,000 għal kull parti/tranżazzjoni f’jum wieħed.

Sommarju tad-dati ewlenin tal-bidla
23/07/2014

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea japprova d-dħul tal-Litwanja fiż-żona tal-euro.

24/07/2014

Jibda l-istampar tal-muniti tal-euro tal-Litwanja

22/08/2014

Il-prezzijiet fil-Litwanja se jkunu mmarkati bil-litas u bl-euro sat-30 ta’ Ġunju 2015. Tibda l-kampanja “Introduzzjoni Ġusta” tal-Euro.

01/10/2014

Jibda t-trasferiment ta’ muniti tal-euro minn Lietuvos bankas għall-banek kummerċjali.

01/11/2014

Jibda t-trasferiment ta’ karti tal-euro minn Lietuvos bankas għall-banek kummerċjali.

01/12/2014

Jibda t-trasferiment ta’ karti u muniti tal-euro mill-banek kummerċjali għan-negozji, ħwienet u operaturi tal-magni tal-flus kontanti.

01/12/2014

Jibda l-bejgħ tal-ewwel settijiet bit-tmien denominazzjonijiet tal-muniti tal-euro minn Lietuvos bankas u l-banek kummerċjali. Mill-4 ta’ Diċembru 2014 jibdew jinbiegħu wkoll mill-uffiċċji tal-posta.

01/01/2015

Bdew jiċċirkolaw il-karti u l-muniti tal-euro u l-kontijiet bankarji jinqalbu bl-euro

Jidħol l-Euro

01/01/2015

Il-litas u l-euro se jiċċirkolaw flimkien għal ġimagħtejn u ż-żewġ muniti jkunu jistgħu jintużaw għall-ħlasijiet.

16/01/2015

Il-karti u l-muniti tal-euro jsiru valuta legali unika.

 

Tisrif ta' litas f'euro bla ħlas

01/03/2015

Jintemm it-tisrif ta’ karti u muniti tal-litas mill-uffiċċji tal-posta u l-għaqdiet tal-kreditu.

30/06/2015

Jintemm it-tisrif ta’ muniti tal-litas mill-banek kummerċjali u ta’ karti tal-litas mill-biċċa l-kbira tal-banek kummerċjali.

31/12/2015

Jintemm it-tisrif ta’ karti tal-litas mill-bqija tal-banek kummerċjali.

Bla skadenza

Il-karti u l-muniti tal-litas jibqgħu jissarrfu minn Lietuvos bankas sa żmien indefinit.

Kampanja ta’ informazzjoni dwar l-euro

Il-Bank Ċentrali Ewropew u Lietuvos bankas flimkien qegħdin jagħmlu kampanja ta’ informazzjoni dwar l-euro li tinkludi:

  • Pubblikazzjonijiet dwar il-karti u l-muniti tal-euro u l-bidla tal-flus.B’mod partikolari, qiegħed jintbagħat fuljett f’kull dar fil-Litwanja bl-isem ‘Lesti għall-bidla?ʼ;
  • kampanja fil-mezzi taʼ komunikazzjoni bbażata fuq żewġ filmati qosra għat-TV u l-internet bl-Ingliż u bil-Litwan dwar il-bidla tal-flus u kif għandek tiċċekkja l-karti u l-muniti tal-euro. Il-kampanja fiha wkoll riklami fl-istampa, fuq kartelluni barra u onlajn.
  • Konferenza taʼ livell għoli dwar l-euro li saret fil-25 taʼ Settembru 2014.
  • il-Wirja dwar l-Euro fil-Palazz tal-Gran Duki tal-Litwanja fʼVilnjus.

Ejjew ningħaqdu: il-Programm tas-Sħubija

Lietuvos bankas u l-Bank Ċentrali Ewropew stiednu negozji u organizzazzjonijiet biex jingħaqdu flimkien magħhom ħalli jxerrdu tagħrif dwar l-euro fil-Litwanja. Bħala “sħab”, kellhom aċċess għal tagħrif u materjal dwar l-euro li setgħu jgħaddu lill-klijenti, membri u impjegati tagħhom. Dan kien mod tajjeb biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha kkonċernati jkollhom tagħrif preċiż u fʼapos;waqtu minn sorsi taʼapos; min jorbot fuqhom.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima