Kontijiet Annwali
Il-Kontijiet Annwali tal-BĊE jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu fi tmiem is-sena. Dawn jinkludu r-rapport amministrattiv, ir-rapporti finanzjarji (jiġifieri l-karta tal-bilanċ, il-Kont tal-Profitt u t-Telf, sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti ta’ spjegazzjoni oħra), ir-rapport tal-awditur indipendenti u n-nota dwar id-distribuzzjoni tal-profitti/allokazzjoni tat-telf.
Ir-rapporti finanzjarji jitħejjew skont il-politiki tal-kontabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u huma speċifiċi għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-BĊE. Aqra iktar dwar il-produzzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.
Il-Kontijiet Annwali huma parti integrali mir-Rapport Annwali tal-BĊE. Dawn jiġu ppubblikati fi Frar ta’ kull sena, qabel ir-Rapport Annwali rispettiv.
Kontijiet Annwali 2024 Stqarrija għall-istampa Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Kontijiet Annwali tal-BĊE Spjegazzjoni: Profitti u telf tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro: minn fejn ġejjin?- It-totali jistgħu ma jaqblux eżatt minħabba tqarrib għall-eqreb numru sħiħ.
Iċ-ċart u t-tabella ġew aġġornati sabiex jirriflettu l-bidliet li saru fit-tfassil tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE u fil-kont tal-profitt u t-telf f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2024/2938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/32) l-ġdida
Niżżel id-data
TRID TKUN TAF AKTAR?
ARA L-ISTQARRIJIET PREĊEDENTI TAGĦNA