Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Għaliex għandna bżonn ta’ euro diġitali?

L-euro diġitali jkun alternattiva ta’ ħlas addizzjonali minn fejn tagħżel, flimkien mal-flus kontanti.


Il-mod kif in-nies iħallsu qed jinbidel malajr u l-konsumaturi fiż-żona tal-euro qed jippreferu dejjem aktar li jħallsu b’mod elettroniku aktar milli bil-flus kontanti.

Huwa għalhekk li, sabiex nissalvagwardjaw ir-rwol tal-flus pubbliċi u nżommu l-fiduċja fil-munita tagħna, qed nesploraw il-benefiċċji ta’ euro diġitali li jkun sikur u aċċettat universalment.

Aħna nibqgħu impenjati li niżguraw li l-flus kontanti jibqgħu jiġu aċċettati kullimkien fiż-żona tal-euro wkoll.

Innovazzjoni finanzjarja

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-evoluzzjoni tal-flus

Ħafna aspetti ta’ ħajjitna qed isiru diġitalizzati, u l-flus mhumiex differenti. Il-flus kontanti se jkomplu jkunu alternattiva ta’ ħlas; mhux se jiġu ssostitwiti. Fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat li l-munita tagħna tibqa’ valida għall-futur, jeħtieġ li tevolvi skont kif in-nies jippreferu jħallsu. B’mod simili għall-flus kontanti llum, l-euro diġitali jġib l-inklużività u l-privatezza fl-era diġitali.

Nagħmlu ħajjitna aktar faċli

L-euro diġitali jagħmel ħajjitna aktar faċli billi jagħtina l-għażla li nħallsu b’mezz sigur ta’ ħlas aċċettat universalment fiż-żona tal-euro kollha. Bħall-flus kontanti, il-ħlas bl-euro diġitali jkun bla tariffi għal kulħadd fiż-żona tal-euro.

Ewropa aktar b’saħħitha

L-euro diġitali jagħmel iż-żona tal-euro aktar robusta. Dan jappoġġa l-awtonomija strateġika u s-sovranità monetarja tal-Ewropa, billi jagħmel ix-xenarju tal-ħlasijiet tagħna aktar kompetittiv u reżiljenti għall-fornituri tal-pagamenti mhux Ewropej. L-euro diġitali joffri wkoll pedament għal aktar innovazzjoni minn fornituri privati ta’ servizzi ta’ ħlas.

L-importanza tal-flus tal-bank ċentrali

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

X'inhuma l-flus tal-bank ċentrali?

Il-flus li noħolqu aħna fil-BĊE jissejħu flus tal-bank ċentrali. Il-flus kontanti fil-kartiera jew fil-portmoni tiegħek huma flus tal-bank ċentrali. Fil-fatt, il-karti tal-flus u l-muniti bħalissa huma l-uniku tip ta’ flus tal-bank ċentrali disponibbli għall-pubbliku.

Il-flus tal-bank ċentrali jissejħu wkoll flus pubbliċi għaliex jinħarġu minn istituzzjoni pubblika – il-bank ċentrali – u għalhekk huma sostnuti mis-settur pubbliku.

X'inhuma l-flus privati?

Il-banek kummerċjali wkoll joħolqu l-flus. Dan huwa dak li jagħmlu fil-fatt meta jagħtuk self ġdid u l-flus jidhru fil-kont bankarju tiegħek. Dan it-tip ta’ flus jissejjaħ flus privati. Dan jinkludi wkoll il-bilanċ li tara fuq ir-rendikont bankarju tiegħek u t-tfaddil fil-kont tiegħek. Il-ħlasijiet li tagħmel bil-karti tad-debitu jew tal-kreditu tiegħek, jew permezz ta' servizz ta' ħlas onlajn, huma kollha trasferimenti ta' flus privati, għaliex qed tuża flus maħluqa mill-bank tiegħek.

L-euro diġitali: inaqqas id-distakk

Illum, in-nies m’għandhomx aċċess għall-flus tal-bank ċentrali f’forma diġitali.

L-għan tagħna huwa li nikkombinaw il-benefiċċji tal-flus tal-bank ċentrali u l-faċilità li biha n-nies jagħmlu l-ħlasijiet tagħhom fid-dinja tal-lum. Dan jippermettilna nipprovdulek flus pubbliċi f'forma elettronika, minbarra l-flus kontanti. Il-mod kif isir dan huwa permezz ta’ munita diġitali tal-bank ċentrali: l-euro diġitali.

Il-paġni kollha f’din it-taqsima