qafas għas-sejbien ta’ flus foloz u l-għażla skond il-kondizzjoni tal-karti ta’ l-euro minn istituzzjonijiet ta' kreditu u professjonisti fil-maniġġ tal-flus
It-termini stabbiliti ta’ l-Eurosistema għas-sejbien ta' flus foloz u l-għażla skond il-kondizzjoni tal-karti ta' l-euro minn istituzzjonijiet ta' kreditu u professjonisti fil-maniġġ tal-flus ġew ippubblikati llum bl-Ingliż fuq il-websajt tal-BĊE. Dan id-dokument ser jiġi ppubblikat fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Komunità fi Frar ta’ l-2005.
It-termini stabbiliti l-ġodda jissostitwixxu dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu ta’ magni fejn wieħed ibiddel, jirtira jew jiddepożita l-flus, liema termini kienu ġew adottati mill-Kunsill Governattiv fit-18 ta’ April 2002.
Mhux iżjed tard mill-2006, il-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema ser jimplimentaw it-termini stabbiliti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u professjonisti oħra fil-maniġġ tal-flus.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja