Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 24 ta’ Jannar 2020

Il-falsifikazzjoni tal-karti tal-euro tibqa’ baxxa fit-tieni nofs tal-2019

  • 308,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tal-2019
  • Madwar 70% ta' dawk il-karti tal-flus foloz kienu tal-€20 u l-€50
  • Il-karti tal-flus tal-euro jibqgħu mezz ta’ ħlas fdat u sigur
  • Il-karti kollha tal-euro jistgħu jiġu ċċekkjati bil-metodu “ħoss, ħares u mejjel”

Madwar 308,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni sitt xhur tal-2019, żieda ta' 22.7% imqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2019 u 17.6% iżjed mit-tieni sitt xhur tal-2018. Il-probabbiltà li tirċievi flus iffalsifikati hija verament baxxa billi l-għadd ta' karti tal-flus foloz jibqa' baxx ħafna meta jitqabbel mal-għadd tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni, li minn meta ġew introdotti l-ewwel, baqa' dejjem jiżdied, b'rati li huma iżjed minn dik tat-tkabbir tal-PDG (ara d-dejta fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni). L-għadd ta karti tal-flus foloz fiċ-ċirkolazzjoni misjuba kull sena għal kull miljun karta tal-flus ġenwina fiċ-ċirkolazzjoni huwa f’livell baxx ħafna (ara l-ċart ta’ hawn isfel) Bħalissa hemm iżjed minn 24 biljun karta tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, b'valur totali ta' qrib €1.3 triljun.

Numru ta’ karti tal-flus foloz misjubin kull sena għal kull miljun karta tal-flus tal-euro ġenwina fiċ-ċirkolazzjoni

Ċifri ta’ nofs is-sena:

Perjodu

H2 2016

H1 2017

H2 2017

H1 2018

H2 2018

H1 2019

H2 2019

Numru ta’ karti tal-flus foloz

353,000

331,000

363,000

301,000

262,000

251,000

308,000

Tqassim skont id-denominazzjoni għat-tieni nofs tas-sena 2019:

Denominazzjoni

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Perċentwali tat-total

2.4%

13,5%

34,2%

36,5%

9,6%

1,4%

2,4%

Fit-tieni sitt xhur tal-2019:

  • Il-karti tal-€20 u l-€50 baqgħu l-aktar denominazzjonijiet li ġew iffalsifikati, flimkien jammontaw għal iktar minn 70% tal-flus foloz kollha.
  • il-biċċa l-kbira tal-karti tal-flus foloz (96.4%) instabet fil-pajjiżi taż-żona tal-euro. Il-bqija nstabu fl-Istati Membri tal-UE mhux taż-żona tal-euro tal-UE (3.0%) u f’partijiet oħra tad-dinja (0.6%).

Iċċekkja l-karti tal-flus tiegħek!

Kien hemm żieda fl-għadd ta’ flus foloz ta' kwalità baxxa rtirati miċ-ċirkolazzjoni. Kollha tagħrafhom faċilment billi għandhom imitazzjonijiet inferjuri ħafna tal-karatteristiċi tas-sigurtà. L-użu ta’ karti tal-flus foloz biex isiru l-ħlasijiet huwa reat kriminali li jista’ jwassal għall-prosekuzzjoni.  Minn kemm ilha li ħarġet l-ewwel sensiela ta’ karti tal-euro, l-Eurosistema – i.e. il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u d-19-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro – ħeġġet lill-pubbliku joqgħod attent meta jirċievi karti tal-flus. Tista' tiċċekkja l-karti tal-flus tiegħek bil-metodu sempliċi “ħoss, ħares u mejjel” imfisser fit-taqsima “L-€uro” fil-websajt tal-BĊE u l-websajts tal-banek ċentrali nazzjonali. Jekk tirċievi karta tal-flus li tqajjem suspett, għandek tqabbilha ma’ waħda li tkun taf li hi tajba. Jekk tikkonferma s-suspetti tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-pulizija, jew lill-bank ċentrali ta’ pajjiżek jew lill-bank li taħdem bih jew bank kummerċjali jew bl-imnut, skont il-prattika nazzjonali. L-Eurosistema tappoġġa lill-aġenziji li jinfurzaw il-liġi fil-ġlieda tagħhom kontra l-falsifikazzjoni.

L-Eurosistema tikkomunika b’diversi modi biex tgħin lin-nies jagħrfu l-karti tal-flus tajbin minn dawk foloz, u biex tgħin lill-kaxxiera professjonali jaċċertaw ruħhom li l-magni li jipproċessaw il-karti tal-flus ikunu kapaċi jidentifikaw b’mod affidabbli l-karti tal-flus foloz u jneħħuhom miċ-ċirkolazzjoni.

L-Eurosistema għandha dmir tissalvagwarda l-integrità tal-karti tal-euro u tkompli ttejjeb it-teknoloġija tal-produzzjoni tal-karti tal-flus. It-tieni sensiela tal-karti tal-flus – is-sensiela Europa – hija aktar sigura u qed tgħin lill-pubbliku jżomm il-fiduċja tiegħu fil-munita.

Għall-mistoqsijiet mill-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Esther Tejedor, tel.: +49 69 1344 95596

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja