- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jippubblika l-kalendarju indikattiv tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema fl-2019
11 ta’ Lulju 2018
- Il-BĊE jippubblika kalendarju indikattiv għal offerti għall-2019
- Il-BĊE jippubblika kalendarju tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi indikattiv għall-2019
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika l-kalendarji indikattivi għall-operazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta' offerti regolari tal-Eurosistema għall-2019.
Il-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet ta' offerti regolari tal-Eurosistema jinkludi biss l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs) u l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' tliet xhur (LTROs ta’ tliet xhur). Ma jinkludux operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2019. Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.
Il-kalendarji indikattivi tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu l-kalendarji tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2019 kif ukoll il-kalendarji tal-operazzjonijiet regolari b’offerta.
Kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2019:
PŻ |
Laqgħa tal-Kunsill Governattiv |
Bidu tal-perjodu taż-żamma |
Tmiem il-perjodu taż-żamma |
Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar |
Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru |
Tul tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi (jiem) |
1 |
24 ta' Jannar 2019 |
30 ta' Jannar 2019 |
12 ta' Marzu 2019 |
Novembru 2018 |
Settembru 2018 |
42 |
2 |
7 ta' Marzu 2019 |
13 ta' Marzu 2019 |
16 ta' April 2019 |
Jannar 2019 |
Diċembru 2018 |
35 |
3 |
10 ta' April 2019 |
17 ta' April 2019 |
11 ta' Ġunju 2019 |
Frar 2019 |
Diċembru 2018 |
56 |
4 |
6 ta' Ġunju 2019 |
12 ta' Ġunju 2019 |
30 ta' Lulju 2019 |
April 2019 |
Marzu 2019 |
49 |
5 |
25 ta' Lulju 2019 |
31 ta' Lulju 2019 |
17 ta' Settembru 2019 |
Mejju 2019 |
Marzu 2019 |
49 |
6 |
12 ta' Settembru 2019 |
18 ta' Settembru 2019 |
29 ta' Ottubru 2019 |
Lulju 2019 |
Ġunju 2019 |
42 |
7 |
24 ta' Ottubru 2019 |
30 ta' Ottubru 2019 |
17 ta' Diċembru 2019 |
Awwissu 2019 |
Ġunju 2019 |
49 |
8 |
12 ta' Diċembru 2019 |
18 ta' Diċembru 2019 |
28 ta' Jannar 2020 |
Ottubru 2019 |
Settembru 2019 |
42 |
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija William Lelieveldt, tel.: +49 69 1344 7316.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja