L-Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza għall-banek Griegi tinżamm fl-istess livell
- L-assistenza ta’ likwidita f’emerġenza (ELA) tinżamm fil-livell tas-26 ta’ Ġunju 2015
- Aġġustati l- haircuts (it-telf impost) fuq il-kollateral għall-ELA
- Il-Kunsill Governattiv jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ħa d-deċiżjoni li jżomm il-provediment ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza (ELA) għall-banek Griegi fil-livell li kien ġie deċiż fis-26 ta’ Ġunju 2015 wara li ddiskuta proposta tal-Bank tal-Greċja.
L-ELA tista’ tiġi pprovduta biss jekk il-kollateral ikun suffiċjenti.
Is-sitwazzjoni finanzjarja tar-Repubblika Ellenika tħalli impatt fuq il-banek Griegi billi l-kollateral li jużaw fl-ELA jiddependi fil-biċċa l-kbira minn assi marbutin mal-gvern Grieg.
F’dan ir-rigward, il-Kunsill Governattiv illum ħa d-deċiżjoni li jaġġusta l- haircuts fuq il-kollateral aċċettat mill-Bank tal-Greċja għall-ELA.
Il-Kunsill Governattiv qiegħed jissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji u l-implikazzjonijiet li jistgħu jolqtu x-xejra tal-politika monetarja u l-bilanċ tar-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro. Il-Kunsill Governattiv huwa determinat li juża l-istrumenti kollha disponibbli fi ħdan il-mandat tiegħu.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-kuntatt huwa Ronan Sheridan (+49 69 1344 7416).
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja