Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Aġġustamenti fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE u l-kontribuzzjoni mħallsa minn Latvijas Banka

1 ta' Jannar 2014
  • Aġġustament ta’ kull ħames snin għall-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital skont il-PDG u d-daqs tal-popolazzjoni
  • Latvijas Banka jissieħeb fl-Eurosistema u jħallas is-sottoskrizzjoni tal-kapital sħiħa

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ħabbar l-aġġustamenti fl-iskema tal-kapital tiegħu u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali.

Skont l-Artikolu 29 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE huma ppeżati skont il-proporzjonijiet tal-Istati Membri rispettivi mit-total tal-popolazzjoni u l-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea, fi proporzjon ugwali, kif ġie notifikat lill-BĊE mill-Kummissjoni Ewropea. Il-piż jiġi aġġustat kull ħames snin jew kull meta xi pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-iskema tal-kapital tal-BĊE qiegħda tiġi aġġustata llum minħabba l-aġġornament ta’ kull ħames snin, abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. F’każijiet bħal dawn, il-banek ċentrali nazzjonali jittrasferixxu ishma tal-kapital bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tqassim tal-ishma jikkorrispondi mal-iskema aġġustata. It-tqassim il-ġdid tal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE huwa stabbilit fit-tabella mehmuża ma’ din l-istqarrija għall-istampa. L-ammont totali tal-kapital sottoskritt tal-BĊE jibqa’ kif kien, jiġifieri EUR 10,825,007,069.61.

Illum ukoll il-Latvja adottat l-euro u Latvijas Banka ssieħeb fl-Eurosistema. Skont l-Artikolu 49 tal-Istatut, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sħiħ u għalhekk Latvijas Banka ħallas il-bqija tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE. Fil-każ tal-għaxar banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fi-żona tal-euro, ir-rekwiżit hu li jħallsu perċentwali minima tal-kapital sottoskritt tagħhom, li bħalissa hija 3.75%, bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu fil-websajt tal-BĊE u iżjed ’il quddiem se jixxandru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tqassim tal-kapital tal-BĊE

Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) sal-31 ta’ Diċembru 2013 Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) mill-1 ta’ Jannar 2014 Sehem sottoskritt tal-kapital (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2014 Kapital imħallas (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2014
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique 2.4176 2.4778 268,222,025.17 268,222,025.17
Deutsche Bundesbank 18.7603 17.9973 1,948,208,997.34 1,948,208,997.34
Eesti Pank 0.1780 0.1928 20,870,613.63 20,870,613.63
Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland 1.1111 1.1607 125,645,857.06 125,645,857.06
Bank of Greece 1.9483 2.0332 220,094,043.74 220,094,043.74
Banco de España 8.2533 8.8409 957,028,050.02 957,028,050.02
Banque de France 14.1342 14.1792 1,534,899,402.41 1,534,899,402.41
Banca d'Italia 12.4570 12.3108 1,332,644,970.33 1,332,644,970.33
Central Bank of Cyprus 0.1333 0.1513 16,378,235.70 16,378,235.70
Latvijas Banka - 0.2821 30,537,344.94 30,537,344.94
Banque centrale du Luxembourg 0.1739 0.2030 21,974,764.35 21,974,764.35
Bank Ċentrali ta’ Malta 0.0635 0.0648 7,014,604.58 7,014,604.58
De Nederlandsche Bank 3.9663 4.0035 433,379,158.03 433,379,158.03
Oesterreichische Nationalbank 1.9370 1.9631 212,505,713.78 212,505,713.78
Banco de Portugal 1.7636 1.7434 188,723,173.25 188,723,173.25
Banka Slovenije 0.3270 0.3455 37,400,399.43 37,400,399.43
Národná banka Slovenska 0.6881 0.7725 83,623,179.61 83,623,179.61
Suomen Pankki – Finlands Bank 1.2456 1.2564 136,005,388.82 136,005,388.82
Subtotal għall-grupp tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro 69.5581 69.9783 7,575,155,922.19 7,575,155,922.19
Българска народна банка (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija) 0.8644 0.8590 92,986,810.73 3,487,005.40
Česká národní banka 1.4539 1.6075 174,011,988.64 6,525,449.57
Danmarks Nationalbank 1.4754 1.4873 161,000,330.15 6,037,512.38
Hrvatska narodna banka 0.5945 0.6023 65,199,017.58 2,444,963.16
Latvijas Banka 0.2742 - - -
Lietuvos bankas 0.4093 0.4132 44,728,929.21 1,677,334.85
Magyar Nemzeti Bank 1.3740 1.3798 149,363,447.55 5,601,129.28
Narodowy Bank Polski 4.8581 5.1230 554,565,112.18 20,796,191.71
Banca Naţională a României 2.4449 2.6024 281,709,983.98 10,564,124.40
Sveriges riksbank 2.2612 2.2729 246,041,585.69 9,226,559.46
Bank of England 14.4320 13.6743 1,480,243,941.72 55,509,147.81
Subtotal għall-grupp tal-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro 30.4419 30.0217 3,249,851,147.43 121,869,418.02
Total* 100.0000 100.0000 0 7,697,025,340.21

*Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Niels Bünemann, tel. +49 69 1344 6594.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja