Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE 2007

16 ta' Mejju 2007

Fuq talba minn Ċipru u Malta, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika l-valutazzjoni tiegħu tal-konverġenza ekonomika u legali ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi. Ir-Rapport ta’ Konverġenza tal-BĊE jeżamina jekk intlaħaqx grad għoli ta’ konverġenza ekonomika sostenibbli. Barra minn dan, ikejjel il-konformità mal-ħtiġijiet statutorji li għandha tintlaħaq biex il-banek ċentrali nazzjonali jsiru parti integrali mill-Eurosistema (il-konverġenza legali).

Bil-produzzjoni ta’ dan ir-rapport, il-BĊE jissodisfa l-ħtieġa ta’ l-Artikolu 122(2) flimkien ma’ l-Artikolu 121(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea biex jirrapporta lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (il-Kunsill ta’ l-UE) mill-anqas darba kull sentejn jew fuq talba ta’ Stat Membru b’deroga “fuq il-progress magħmul mill-Istati Membri sabiex dawn jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tagħhom dwar it-twettiq ta’ unjoni ekonomika u monetarja”.

Ir-Rapport ta’ Konverġenza jista’ jinkiseb fit-22 lingwa tal-Komunità fuq il-websajt tal-BĊE (http://www.ecb.europa.eu).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja