Ammont allokat għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal fis-sena 2007
Waqt il-laqgħa tal-bieraħ, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid l-ammont allokat għal kull operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal li ssir fis-sena 2007 minn EUR 40 biljun għal EUR 50 biljun.
Il-ħtiġijiet tal-likwidità tas-sistema bankarja taż-żona ta’ l-euro żdiedu ħafna f’dawn l-aħħar snin u mistennija jkomplu jiżdiedu tul is-sena 2007. Għalhekk, l-Eurosistema ddeċidiet li tagħmel żieda żgħira fis-sehem tal-ħtiġijiet tal-likwidità li jiġu moqdija mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal. Madankollu, l-Eurosistema tkompli tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-likwidità permezz ta’ l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tagħha.
Fil-bidu tal-2008, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jerġa’ jaġġusta l-ammont allokat.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja