Opinjoni tal-BĊE dwar il-Ħatra ta’ Membru Ġdid tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE
Fil-laqgħa ta’ llum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE.
Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, is-Sur Lorenzo Bini Smaghi, li hu bniedem ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 112(2) (b) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Skond din l-opinjoni tal-BĊE kif ukoll l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-membru l-ġdid tal-Bord Esekuttiv ser jinħatar bi qbil komuni bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri li adottaw il-munita unika, fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta’ Gvern.
L-opinjoni tal-BĊE, li ser tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, tista’ tinstab fuq il-website tal-BĊE fil-lingwi Komunitarji kollha.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja