Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jippubblika kalendarji indikattivi operazzjonali għall-2024

15 ta' Settembru 2023

  • Il-BĊE jippubblika kalendarji indikattivi għall-2024 għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti u għall-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema
  • Il-BĊE jallinja d-dati tal-allokazzjoni u s-saldu ta’ operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ tliet xhur mad-dati tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament
  • Il-BĊE jemenda d-data tat-tmiem tat-tmien perjodu ta’ żamma għall-2023

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika l-kalendarji indikattivi għall-2024 għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti u għall-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema.

Il-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet regolari ta’ sejħiet għall-offerti tal-Eurosistema jinkorpora l-allinjament tad-dati tat-tħabbir, tal-allokazzjoni u tas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal (LTROs) ta’ tliet xhur mad-dati korrispondenti tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs). L-allinjament tad-dati tas-saldu huwa mmirat biex jiffaċilita r-rifinanzjamenti mill-MROs għal-LTROs, u viċi versa. Il-bidla hija effettiva mil-LTRO li għandha tiġi allokata fit-30 ta’ Jannar 2024. Konsegwentement, id-dati ta’ maturità tal-LTROs li għandhom jiġu allokati f’Ottubru, Novembru u Diċembru 2023 se jikkoinċidu mad-dati ta’ saldu l-ġodda applikabbli mill-2024. Il-kalendarju jinkludi biss MROs u LTROs ta’ tliet xhur. Ma jinkludix operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2024. Il-kalendarju jista’ jitniżżel mill-websajt tal-BĊE.

Il-kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu kemm il-kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2024 kif ukoll il-kalendarju tal-operazzjonijiet regolari b’sejħa għall-offerti.

Il-kalendarju indikattiv għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2024 (inkluż it-tmien perjodu ta’ żamma tal-2023) huwa mogħti hawn taħt:

Laqgħa tal-Kunsill Governattiv relevanti

Bidu tal-perjodu taż-żamma

Tmiem il-perjodu taż-żamma

Data tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw kull xahar

Data tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw kull trimestru

Tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżerva (ġranet)

8/ 2023

14 ta' Diċembru 2023

20 ta' Diċembru 2023

30 ta' Jannar 2024

Ottubru 2023

Settembru 2023

42

1

25 ta' Jannar 2024

31 ta' Jannar 2024

12 ta' Marzu 2024

Novembru 2023

Settembru 2023

42

2

7 ta' Marzu 2024

13 ta' Marzu 2024

16 ta' April 2024

Jannar 2024

Diċembru 2023

35

3

11 ta' April 2024

17 ta' April 2024

11 ta' Ġunju 2024

Frar 2024

Diċembru 2023

56

4

6 ta' Ġunju 2024

12 ta' Ġunju 2024

23 ta' Lulju 2024

April 2024

Marzu 2024

42

5

18 ta' Lulju 2024

24 ta' Lulju 2024

17 ta' Settembru 2024

Mejju 2024

Marzu 2024

56

6

12 ta' Settembru 2024

18 ta' Settembru 2024

22 ta' Ottubru 2024

Lulju 2024

Ġunju 2024

35

7

17 ta' Ottubru 2024

23 ta' Ottubru 2024

17 ta' Diċembru 2024

Awwissu 2024

Ġunju 2024

56

8

12 ta' Diċembru 2024

18 ta' Diċembru 2024

[tbd]

Ottubru 2024

Settembru 2024

[tbd]

It-tabella tinkludi wkoll bidla fil-kalendarju indikattiv għall-perijodi taż-żamma tar-riżervi fl-2023. B’mod speċifiku, tmiem it-tmien perjodu ta’ żamma tal-2023 tressaq ’il quddiem b’ġimgħa, mis-6 ta’ Frar 2024 għat-30 ta’ Jannar 2024. Il-bidu tal-perjodu ta’ żamma fl-20 ta’ Diċembru 2023 ma nbidilx. L-aġġustament jirrifletti bidla fl-iskeda għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2024.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-media, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: (+49 69 1344 7316).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja