- Il-BĊE jxandar kalendarju ġdid għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv b’intervall ta’ sitt ġimgħat għal-laqgħat tal-politika monetarja
- Kalendarju aġġornat għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015
- It-12-il perjodu taż-żamma tar-riżervi tal-2014 se jitwal b’14-il jum u jintemm fis-27 ta’ Jannar 2015
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed ixandar kalendarju indikattiv għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015.
Il-Kunsill Governattiv dan ix-xahar ħa d-deċiżjoni li l-laqgħat iddedikati għall-politika monetarja se jibdew isiru kull sitt ġimgħat minflok darba kull xahar minn Jannar 2015.
Għalhekk, il-perjodi taż-żamma tar-riżervi se jitwalu għal madwar sitt ġimgħat ukoll. Il-kalendarju l-ġdid sar b’mod li l-bidu tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi ġie jaqbel mal-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-politika monetarja li jistgħu jittieħdu. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma mitluba jżommu ammont minimu, li bħalissa huwa 1% tal-bażi tar-riżervi tagħhom, fil-kontijiet kurrenti li għandhom mal-Eurosistema. Dan ir-rekwiżit irid jintlaħaq bħala medja fuq it-tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi.
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv 2015 (fil-bini tal-BĊE fi Frankfurt sakemm m’hemmx indikat mod ieħor):
Data tal-laqgħa | Kummenti |
L-Erbgħa 7 ta’ Jannar 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 22 ta’ Jannar 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 4 ta’ Frar 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 5 ta’ Marzu 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa (Ċipru) |
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 1 ta’ April 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 15 ta’ April 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 16 ta’ Lulju 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 3 ta’ Settembru 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 7 ta’ Ottubru 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa (Malta) |
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
L-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2015 | Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa |
L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2015 | Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja |
Minħabba din l-iskeda, it-12-il perjodu taż-żamma tar-riżervi tal-2014 se jitwal b’14-il jum u jintemm fis-27 ta’ Jannar 2015. Il-kalendarju indikattiv għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi (PŻ) fl-2015 jidher hawn taħt.
PŻ | Laqgħa tal-Kunsill Governattiv | Bidu tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi | Tmiem tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi | Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar | Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru | Tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi (jiem) |
1 | 22 ta’ Jannar 2015 | 28 ta’ Jannar 2015 | 10 ta’ Marzu 2015 | Novembru 2014 | Settembru 2014 | 42 |
2 | 5 ta’ Marzu 2015 | 11 ta’ Marzu 2015 | 21 ta’ April 2015 | Jannar 2015 | Diċembru 2014 | 42 |
3 | 15 ta’ April 2015 | 22 ta’ April 2015 | 9 ta’ Ġunju 2015 | Frar 2015 | Diċembru 2014 | 49 |
4 | 3 ta’ Ġunju 2015 | 10 ta’ Ġunju 2015 | 21 ta’ Lulju 2015 | April 2015 | Marzu 2015 | 42 |
5 | 16 ta’ Lulju 2015 | 22 ta’ Lulju 2015 | 8 ta’ Settembru 2015 | Mejju 2015 | Marzu 2015 | 49 |
6 | 3 ta’ Settembru 2015 | 9 ta’ Settembru 2015 | 27 ta’ Ottubru 2015 | Lulju 2015 | Ġunju 2015 | 49 |
7 | 22 ta’ Ottubru 2015 | 28 ta’ Ottubru 2015 | 8 ta’ Diċembru 2015 | Awwissu 2015 | Ġunju 2015 | 42 |
8 | 3 ta’ Diċembru 2015 | 9 ta’ Diċembru 2015 | 26 ta’ Jannar 2016 | Ottubru 2015 | Settembru 2015 | 49 |
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Stefan Ruhkamp (+49 69 1344 5057).