Skeda għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2014 u fl-2015
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li fis-snin 2014 u 2015, il-laqgħat tiegħu, bħala regola ġenerali, se jibqgħu jsiru darbtejn fix-xahar. Bħal fis-snin li għaddew maħsuba eċċezzjonijiet għal din ir-regola minħabba okkażjonijiet ta’ vaganzi speċjali u biex tiġi żgurata sekwenza effiċjenti ta’ laqgħat meta l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali jaħbtu fl-istess ġimgħa bħal-laqgħat tal-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS).
Bħala regola, il-Kunsill Governattiv se jkompli jivvaluta l-orjentament tal-politika monetarja għaż-żona tal-euro fl-ewwel laqgħa tiegħu ta’ kull xahar, li ssir nhar ta’ Ħamis. Għalhekk, id-deċiżjonijiet dwar ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE normalment jittieħdu waqt din il-laqgħa. Kull meta tiżamm it-tieni laqgħa f-istess xahar, li tibda l-Erbgħa wara nofsinhar u li tista’ tkompli l-Ħamis filgħodu, skont l-aġenda, il-Kunsill Ġovernattiv jitratta kwistjonijiet marbuta ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u tal-Eurosistema. Naturalment, jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill Governattiv jista’ jivvaluta l-orjentament dwar il-politika monetarja u jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, irrispettivament minn meta jsiru l-laqgħat skedati minn qabel.
L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2014 u l-2015 tqis ukoll il-fatt li l-perjodi taż-żamma tar-riżervi jibdew fil-jum tal-ħlas tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li jiġi wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha tkun skedata l-valutazzjoni ta’ kull xahar tal-orjentament tal-politika monetarja.
Skont il-prattika stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv se jsiru barra minn Frankfurt, kemm fl-2014 kif ukoll fl-2015. Fl-2014 l-ewwel waħda, fit-8 ta’ Mejju se tiġi ospitata min-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique u t-tieni waħda, fit-2 ta' Ottubru, se tiġi ospitata mill-Banca d’Italia. Fl-2015 l-ewwel laqgħa barra, fis-7 ta’ Mejju, se tiġi ospitata mill-Bank Ċentrali ta’ Ċipru u t-tieni waħda, fit-8 ta’ Ottubru, se tiġi ospitata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE se jkompli jiltaqa’ kull tliet xhur. Bħala regola dawn il-laqgħat isiru nhar ta’ Ħamis wara t-tieni laqgħa tax-xahar tal-Kunsill Governattiv.
Fl-aħħar nett, il-BĊE se jkompli jorganizza konferenzi stampa regolarment wara l-ewwel laqgħa ta’ kull xahar tal-Kunsill Governattiv.
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2014
9 ta’ Jannar 2014
22 ta’ Jannar 2014
6 ta’ Frar 2014
19 ta’ Frar 2014
6 ta’ Marzu 2014
19 ta’ Marzu 2014
3 ta’ April 2014
16 ta’ April 2014
8 ta’ Mejju 2014 (Il-Belġju)
21 ta’ Mejju 2014
5 ta’ Ġunju 2014
17 ta’ Ġunju 2014
3 ta’ Lulju 2014
16-17 ta’ Lulju 2014
7 ta’ Awwissu 2014
4 ta’ Settembru 2014
17 ta’ Settembru 2014
2 ta’ Ottubru 2014 (L-Italja)
15 ta’ Ottubru 2014
6 ta’ Novembru 2014
19 ta’ Novembru 2014
4 ta’ Diċembru 2014
17 ta’ Diċembru 2014
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2014
20 ta’ Marzu 2014
18 ta’ Ġunju 2014
18 ta’ Settembru 2014
18 ta’ Diċembru 2014
Konferenzi stampa fl-2014
9 ta’ Jannar 2014
6 ta’ Frar 2014
6 ta’ Marzu 2014
3 ta’ April 2014
8 ta’ Mejju 2014 (Il-Belġju)
5 ta’ Ġunju 2014
3 ta’ Lulju 2014
7 ta’ Awwissu 2014
4 ta’ Settembru 2014
2 ta’ Ottubru 2014 (L-Italja)
6 ta’ Novembru 2014
4 ta’ Diċembru 2014
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2015
8 ta’ Jannar 2015
21 ta’ Jannar 2015
5 ta’ Frar 2015
18 ta’ Frar 2015
5 ta’ Marzu 2015
18 ta’ Marzu 2015
2 ta’ April 2015
15 ta’ April 2015
7 ta’ Mejju 2015 (Ċipru)
20 ta’ Mejju 2015
3 ta’ Ġunju 2015
17 ta’ Ġunju 2015
2 ta’ Lulju 2015
15-16 ta’ Lulju 2015
6 ta’ Awwissu 2015
3 ta’ Settembru 2015
16 ta’ Settembru 2015
8 ta’ Ottubru 2015 (Malta)
21 ta’ Ottubru 2015
5 ta’ Novembru 2015
18 ta’ Novembru 2015
3 ta’ Diċembru 2015
16 ta’ Diċembru 2015
7 ta’ Jannar 2016
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2015
19 ta’ Marzu 2015
18 ta’ Ġunju 2015
17 ta’ Settembru 2015
17 ta’ Diċembru 2015
Konferenzi stampa fl-2015
8 ta’ Jannar 2015
5 ta’ Frar 2015
5 ta’ Marzu 2015
2 ta’ April 2015
7 ta’ Mejju 2015 (Ċipru)
3 ta’ Ġunju 2015
2 ta’ Lulju 2015
6 ta’ Awwissu 2015
3 ta’ Settembru 2015
8 ta’ Ottubru 2015 (Malta)
5 ta’ Novembru 2015
3 ta’ Diċembru 2015
7 ta’ Jannar 2016
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja