Skedi għall-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u tal-konferenzi stampa relatati magħhom tul l-2008 u l-2009
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li fis-snin 2008 u 2009 il-laqgħat tiegħu jibqgħu jsiru, bħala regola ġenerali, nhar ta’ Hamis ta’ l-ewwel u t-tielet ġimgħa ta’ kull xahar.
Kif ġie mħabbar fit-8 ta’ Novembru 2001, bħala regola ġenerali, il-Kunsill Governattiv se jibqa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tal-BĊE fir-rigward tal-politika monetarja, waqt l-ewwel laqgħa tax-xahar biss. Għalhekk, deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ l-imgħax normalment jittieħdu matul din il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba fl-istess xahar, il-Kunsill Governattiv se jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet tal-BĊE u ta’ l-Eurosistema. Naturalment. jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, il-Kunsill Governattiv dejjem jista’ jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin ta’ l-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, bla ma jagħti każ tal-laqgħat skedati minn qabel. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2008 u għall-2009 tagħti każ ukoll tal-fatt li l-perijodi taż-żamma tar-riżervi jibdew jgħaddu mill-jum tal-ħlas ta’ l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) li tiġi wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha tkun skedata l-istima ta' kull xahar ta’ l-orjentament tal-politika monetarja.
Ukoll skond il-prassi stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv se jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt: għall-2008, l-ewwel waħda, fit-8 ta’ Mejju, se tiġi milqugħa mill-Bank of Greece u t-tieni waħda, fis-6 ta’ Novembru 2008, tiġi milqugħa minn Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique. Għall-2009, l-ewwel waħda, fit-2 ta’ April, se tiġi milqugħa mill-Banca d’Italia u t-tieni waħda, fit-2 ta’ Lulju 2009, tiġi milqugħa mill-Banque centrale du Luxembourg.
Il-Kunsill Ġenerali ddeċieda li għandha tinżamm il-prassi kurrenti ta’ laqgħat trimestrali.
Fl-aħħarnett, se tinżamm is-sistema attwali għall-konferenzi stampa, jiġifieri dawn isiru ġeneralment wara l-ewwel laqgħa tax-xahar tal-Kunsill Governattiv.
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2008
10 ta’ Jannar 2008
7 ta’ Frar 2008
21 ta’ Frar 2008
6 ta’ Marzu 2008
27 ta’ Marzu 2008
10 ta’ April 2008
24 ta’ April 2008
8 ta’ Mejju 2008 (Ateni)
21 ta’ Mejju 2008
5 ta’ Ġunju 2008
19 ta’ Ġunju 2008*
3 ta’ Lulju 2008
17 ta’ Lulju 2008
7 ta’ Awwissu 2008
4 ta’ Settembru 2008
18 ta’ Settembru 2008*
2 ta’ Ottubru 2008
23 ta’ Ottubru 2008
6 ta’ Novembru 2008 (Brussell)
20 ta’ Novembru 2008
4 ta’ Diċembru 2008
18 ta’ Diċembru 2008*
* Din il-laqgħa tibda l-Erbgħa wara nofsinhar u tkompli l-Ħamis.
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2008
27 ta’ Marzu 2008
19 ta’ Ġunju 2008
18 ta’ Settembru 2008
18 ta’ Diċembru 2008
Konferenzi Stampa fl-2008
10 ta’ Jannar 2008
7 ta’ Frar 2008
6 ta’ Marzu 2008
10 ta’ April 2008
8 ta’ Mejju 2008 (Ateni)
5 ta’ Ġunju 2008
3 ta’ Lulju 2008
4 ta’ Settembru 2008
2 ta’ Ottubru 2008
6 ta’ Novembru 2008 (Brussell)
4 ta’ Diċembru 2008
Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2009
15 ta’ Jannar 2009
5 ta’ Frar 2009
19 ta’ Frar 2009
5 ta’ Marzu 2009
19 ta’ Marzu 2009*
2 ta’ April 2009 (Ruma)
23 ta’ April 2009
7 ta’ Mejju 2009
20 ta’ Mejju 2009
4 ta’ Ġunju 2009
18 ta’ Ġunju 2009*
2 ta’ Lulju 2009 (Lussemburgu)
16 ta’ Lulju 2009
6 ta’ Awwissu 2009
3 ta’ Settembru 2009
17 ta’ Settembru 2009*
8 ta’ Ottubru 2009
22 ta’ Ottubru 2009
5 ta’ Novembru 2009
19 ta’ Novembru 2009
3 ta’ Diċembru 2009
17 ta’ Diċembru 2009*
14 ta’ Jannar 2010
* Din il-laqgħa tibda l-Erbgħa wara nofsinhar u tkompli l-Ħamis.
Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2009
19 ta’ Marzu 2009
18 ta’ Ġunju 2009
17 ta’ Settembru 2009
17 ta’ Diċembru 2009
Konferenzi Stampa fl-2009
15 ta’ Jannar 2009
5 ta’ Frar 2009
5 ta’ Marzu 2009
2 ta’ April 2009 (Ruma)
7 ta’ Mejju 2009
4 ta’ Ġunju 2009
2 ta’ Lulju 2009 (Lussemburgu)
3 ta’ Settembru 2009
8 ta’ Ottubru 2009
5 ta’ Novembru 2009
3 ta’ Diċembru 2009
14 ta’ Jannar 2010
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- [email protected]
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja