Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Id-dħul tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II

3 ta' Mejju 2004

Il-proċeduri għat-tħaddim tal-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tat-Tielet Stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ERM II) huma stabbiliti fil-ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-ewro (il Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II). Mill-1 ta’ Mejju 2004, il-BĊN tal-għaxar Stati Membri ġodda ta’ l-UE saru partijiet għall-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II.

Kemm il Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 kif ukoll l-Att dwar id-dħul ta’ l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jinstabu fis-sezzjoni tal-website tal-BĊE intitolata “Publications”.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja