Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006O0010
Guideline of the European Central Bank of 24 July 2006 on the exchange of banknotes after the irrevocable fixing of exchange rates in connection with the introduction of the euro (ECB/2006/10)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 24 ta' Lulju, 2006 fuq it-tisrif ta' karti tal-flus wara l-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro (BĊE/2006/10)
Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 24 ta' Lulju, 2006 fuq it-tisrif ta' karti tal-flus wara l-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro (BĊE/2006/10)
ĠU L 215, 5.8.2006, p. 44–46
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1061–1063
(MT)
Fis-seħħ
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1061 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-24 ta' Lulju, 2006
fuq it-tisrif ta' karti tal-flus wara l-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro
(BĊE/2006/10)
(2006/549/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 106(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 52 ta' l-Istatut jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-karti tal-flus iddenominati f'valuti b'rati tal-kambju fissi irrevokabilment jissarrfu mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊI) ta' Stati Membri parteċipanti fil-valur ta' parità rispettivi tagħhom. Dawn il-miżuri jinvolvu t-tisrif ta' karti tal-flus ta' Stat Membru parteċipant ġdid: (a) f'karti tal-flus u muniti euro; jew (b) għall-ikkreditjar ta' fondi f'kont. B'kuntrast, kull meta Stat Membru parteċipant ikollu perjodu transitorju, allura matul dak il-perjodu dawn il-miżuri jinvolvu minflok it-tisrif tal-karti tal-flus: (a) f'valuta nazzjonali ta' dak l-Istat Membru parteċipant ġdid; jew (b) għall-ikkreditjar ta' fondi f'kont. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (1) jipprovdi għal reġimi differenti possibbli tat-tibdil tal-flus kontanti għall-Istati Membri li jadottaw l-euro. Din il-Linja ta' Gwida tiżgura li t-tisrif tal-karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti ġodda jista' jsir immaterjalment liema reġim nazzjonali tat-tibdil tal-flus kontanti jintgħażel. |
(3) |
Ċerti kategoriji ta' karti tal-flus, jiġifieri karti tal-flus imqattgħin ħafna u karti tal-flus li kienu mmarkati bħala parti mill-iskemi nazzjonali ta' l-immarkar biex ikun ffaċilitat u protett l-irtirar ta' karti tal-flus nazzjonali, ma jikkwalifikawx ġeneralment għat-tisrif u huma għalhekk esklużi mit-tisrif skond din il-Linja ta' Gwida. |
(4) |
Fil-każ li Stat Membru parteċipant ġdid ikollu perjodu transitorju, allura l-perjodu ta' l-arranġamenti skond din il-Linja ta' Gwida f'dak l-Istat Membru jkun itwal billi jikkonsidraw dan il-perjodu, għalkemm perjodu transitorju bħal dan m'għandux itawwal il-perjodu ta' tisrif għall-karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra ġodda. |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:
— |
“Stat Membru parteċipant” tfisser Stat Membru li jkun adotta l-euro; |
— |
“Stat Membru parteċipant ġdid” tfisser Stat Membru parteċipant li adotta l-euro imma fejn il-karti tal-flus u l-muniti euro m'humiex l-uniċi valuta legali; |
— |
“data ta' l-adozzjoni ta' l-euro” tfisser id-data meta l-abrogazzjoni ta' deroga partikolari ta' Stat Membru skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat tidħol fis-seħħ; |
— |
“perjodu ta' ċirkolazzjoni doppja” tfisser il-perjodu bejn id-data tat-tibdil tal-flus kontanti fi Stat Membru parteċipanti ġdid partikolari u l-aħħar data meta l-valuta nazzjonali ta' dak l-Istat Membru parteċipanti ġdid tista' tintuża bħala valuta legali flimkien ma' l-euro; |
— |
“data tat-tibdil tal-flus kontanti” tfisser id-data meta l-karti tal-flus u l-muniti euro jiksbu l-istatus ta' valuta legali fi Stat Membru parteċipanti ġdid partikolari; |
— |
“valuta nazzjonali” tfisser il-karti tal-flus u l-muniti ta' Stat Membru parteċipanti ġdid li nħarġu mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro; |
— |
“karti tal-flus ta" Stat Membru parteċipanti ġdid’ tfisser karti tal-flus maħruġa mill-BĊN ta' Stat Membru parteċipanti ġdid li kienu valuta legali fil-jum qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro u li huma ppreżentati lil BĊN ieħor jew l-aġent maħtur ta' dan ta' l-aħħar biex jissarrfu; |
— |
“perjodu transitorju” tfisser perjodu ta', l-aktar, tliet snin li jibda fi 00.00 siegħat (ħin lokali) fid-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro u li jintemm fi 00.00 siegħat (ħin lokali) fid-data tat-tibdil tal-flus kontanti; |
— |
“BĊN ta' l-Ewrosistema” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru parteċipanti (inkluż BĊN ta' Stat Membru parteċipant ġdid); |
— |
“valur ta' parità” tfisser il-valur li jirriżulta mir-rati tal-konverżjoni adottati mill-Kunsill ta' l-UE skond l-Artikolu 123(4) tat-Trattat, mingħajr differenza bejn ir-rati tal-bejgħ u x-xiri; |
— |
“l-immarkar” tfisser l-identifikazzjoni tal-karti tal-flus b'simbolu distintiv u speċifiku, per eżempju toqob magħmulin b'perforaturi, bħala parti mill-iskema nazzjonali ta' l-immarkar biex ikun iffaċilitat u mħares l-irtirar tal-karti tal-flus ta' Stat Membru parteċipant ġdid li nħarġu mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro. |
Artikolu 2
Obbligu tat-tisrif b'valur ta' parità
1. Il-BĊI ta' l-Ewrosistema għandhom jiżguraw, ta' lanqas f'post wieħed fit-territorju nazzjonali, weħedhom jew permezz ta' l-aġent maħtur tagħhom, li l-karti tal-flus ta' Stat Membru parteċipant ġdid jistgħu jew: (i) jissarrfu f'karti tal-flus u muniti euro; jew (ii) wara li ssir talba, ikunu ikkreditati f'kont miżmum ma' l-istituzzjoni li tagħmel it-tisrif, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn qed isir it-tisrif tipprovdi din il-possibilità. Fiż-żewġ każijiet it-tisrif għandu jkun fil-valur ta' parità rilevanti.
2. Jekk hemm perjodu transitorju fi Stat Membru parteċipanti ġdid, matul dak il-perjodu id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-BĊN ta' dak l-Istat Membru parteċipanti ġdid, ħlief li skond is-subparagrafu (i) it-tisrif għandu jkun fil-valuta nazzjonali ta' dak l-Istat Membru aktar milli f'karti tal-flus u muniti euro.
3. Il-BĊI ta' l-Ewrosistema jistgħu jillimitaw n-numru u/jew il-valur totali tal-karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti ġodda li huma ppreparati li jaċċettaw minn kull parti partikolari:
(i) |
għal kull tranżazzjoni partikolari; jew |
(ii) |
għal kull jum, |
sa ammont ta' bejn EUR 500 u 2 500, bil-livell ta' l-ammont jvarja skond il-prattika nazzjonali.
4. Il-BĊI ta' l-Ewrosistema huma responsabbli mir-ripatrijazzjoni tal-karti tal-flus ta' Stat Membru parteċipant ġdid li jsarrfu bis-saħħa ta' din il-Linja ta' Gwida lill-BĊN ta' l-Istat Membru minn fejn kienu nħarġu l-karti tal-flus msemmijin.
Artikolu 3
Karti tal-flus li ma jikkwalifikawx għat-tisrif
Karti tal-flus mqattgħin ħafna ta' Stat Membru parteċipanti ġdid m'għandhomx jikkwalifikaw għat-tisrif skond din l-Linja ta' Gwida. B'mod partikolari, l-ebda karta ta' flus m'għandha tikkwalifika għat-tisrif jekk tikkonsisti minn aktar minn żewġ partijiet ta' l-istess karta tal-flus mwaħħlin flimkien jew li kienet mħassra b'xi mezz ta' kontra s-serq. Barra minn dan, l-ebda karta tal-flus m'għandha tikkwalifika għat-tisrif jekk kienet suġġetta għall-immarkar jew imħassra b'mod li ma jkunx possibbli li tkun ivverifikata l-preżenza ta' l-immarkar.
Artikolu 4
Il-perjodu ta' kemm idumu l-arranġamenti skond din il-Linja ta' Gwida
1. Fir-rigward ta' dawk il-karti tal-flus ta' Stat Membru parteċipant ġdid li jikkwalifikaw għat-tisrif, il-ħtiġijiet msemmijin fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw:
(a) |
mid-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro ta' l-Istat Membru parteċipanti ġdid; |
(b) |
sakemm dawn il-karti tal-flus kollha ppreżentati għat-tisrif qabel l-iskadenza ta' perjodu ta' xahrejn wara d-data tat-tibdil tal-flus kontanti ta' l-Istat Membru parteċipanti ġdid, ikunu ssarrfu. |
2. Jekk Stat Membru parteċipant ġdid għandu perjodu ta' ċirkolazzjoni doppja li huwa itwal minn xahrejn, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1(b) għandu minflok ikun l-itwal tal-perjodi ta' ċirkolazzjoni doppja ta' l-Istati Membri parteċipanti kollha li għandhom l-istess data ta' l-adozzjoni ta' l-euro bħall-Istat Membru parteċipant ġdid partikolari.
3. Il-perjodu ta' kemm idumu l-arranġamenti skond din il-Linja ta' Gwida għandu jkun l-istess għall-Istati Membri parteċipanti ġodda li għandhom l-istess data ta' l-adozzjoni ta' l-euro. Dan il-perjodu għandu jkun ekwivalenti għall-itwal perjodu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. L-eżistenza ta' perjodu transitorju fi Stat Membru parteċipant ġdid partikolari m'għandhiex ittawwal il-perjodu tal-kambju għall-karti tal-flus ta' Stati Membri parteċipanti oħra ġodda.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
L-indirizzati
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊI ta' l-Istati Membri parteċipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar l-24 ta' Lulju, 2006.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2169/2005 (ĠU L 346, 29.12.2005, p. 1).