Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32008O0004
Guideline of the European Central Bank of 19 June 2008 amending Guideline ECB/2006/9 on certain preparations for the euro cash changeover and on frontloading and sub-frontloading of euro banknotes and coins outside the euro area (ECB/2008/4)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-ewro u dwar il- frontloading u s- sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro (BĊE/2008/4)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-ewro u dwar il- frontloading u s- sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro (BĊE/2008/4)
ĠU L 176, 4.7.2008, p. 16–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Fis-seħħ
4.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 176/16 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Ġunju 2008
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro
(BĊE/2008/4)
(2008/549/KE)
Il-Kunsill Governattiv Tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2006/9 ta’ l-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro (1) tistabbilixxi r-regoli li jippermettu lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ Stati Membri parteċipanti futuri jissellfu karti tal-flus u muniti ewro mill-Ewrosistema għall-finijiet biex jagħmlu frontloading u sub-frontloading tagħhom qabel il-bidla tal-flus kontanti u tiddefinixxi l-obbligi biex jitwettqu minn kontropartijiet eliġibbli u terzi persuni professjonali sabiex dawn jiġu frontloaded u sub-frontloaded rispettivament. |
(2) |
Wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovenja, Ċipru u Malta skond ir-regoli li jinsabu fil-Linja Gwida BĊE/2006/9, ġie identifikat il-bżonn li jsiru diversi emendi mmirati biex itejbu l-aspetti loġistiċi tal-bidla tal-flus kontanti fi Stati Membri parteċipanti futuri. |
(3) |
Minħabba d-diffikultajiet li x’aktarx BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema se jiffaċċjaw fl-ippjanar tal-volum u d-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus ewro meħtieġa wara d-data tal-bidla tal-flus kontanti, dawn il-BĊNi ta’ l-Ewrosistema għandhom ikollhom il-possibbiltà, immedjatament wara d-data tal-bidla tal-flus kontanti, biex jirfinaw l-istruttura denominazzjonali ta’ l-istokks tagħhom tal-karti tal-flus ewro bi spejjeż baxxi. |
(4) |
Filwaqt li fil-preżent huma biss dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-uffiċċji tal-posta nazzjonali li għandhom kont mal-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema tagħhom, li huma ntitolati biex jagħmlu sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro lil terzi persuni professjonali, l-esperjenza li ġiet akkwistata s’issa bil-bidliet tal-flus kontanti skond il-Linja Gwida BĊE/2006/9 wriet kemm hu utli li wieħed jinvolvi kumpaniji li jġorru l-flus kontanti f’operazzjonijiet ta’ sub-frontloading. Għalhekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu w uffiċċji tal-posta nazzjonali għandhom jitħallew jaħtru kumpaniji li jġorru l-flus kontanti bħala l-aġenti tagħhom għall-finijiet ta’ sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro. |
(5) |
Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-obbligi ta’ rappurtar relatati mal-volum u d-denominazzjoni ta’ karti tal-flus u muniti ewro frontloaded u sub-frontloaded, għandha tiġi ssimplifikata l-proċedura ta’ rappurtar applikabbli għall-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema u l-kontropartijiet eliġibbli. |
(6) |
Minħabba l-potenzjal ta’ verifiki u spezzjonijiet numerużi u frekwenti mwettqa mill-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema fil-bini ta’ entitajiet frontloaded u sub-frontloaded, biex jiċċekkjaw li dawn ta’ l-aħħar ma jqiegħdux fiċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus u muniti ewro qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti, jinħtieġ li l-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema jitħallew jafdaw awtoritajiet pubbliċi oħra b’dawn il-ħidmiet. |
(7) |
Ġie ppruvat li l-ftehim kuntrattwali li għandhom jidħlu għalihom l-entitajiet frontloaded u sub-frontloaded qabel ma jseħħ kull sub-frontloading u n-nuqqas ta’ inċentivi finanzjarji disponibbli lil entitajiet sub-frontloaded, skond l-esperjenza li ġiet akkwistata s’issa bil-bidliet tal-flus kontanti skond il-Linja Gwida BĊE/2006/9, huma detrimentali għas-suċċess tas-sub-frontloading fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ bejjiegħa bl-imnut, eż. ħwienet ta’ konvenjenza u ħwienet oħra żgħar. Għalhekk jinħtieġ li tiġi introdotta proċedura ssimplifikata ta’ sub-frontloading biex tintuża meta jkunu nvoluti biss ammonti żgħar ta’ karti tal-flus u muniti ewro. |
(8) |
Ġie identifikat ukoll il-bżonn li jsiru diversi emendi żgħar oħra lil-Linja Gwida BĊE/2006/9, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja Gwida BĊE/2006/9 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Jiżdied it-test li ġej fit-tmiem ta’ l-Artikolu 5: “Kontropartijiet eliġibbli jistgħu jaħtru kumpaniji li jġorru l-flus kontanti bħala aġenti li jaġixxu f’isimhom u għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-ħażna u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro lil terzi persuni professjonali bil-kundizzjoni li: (i) minkejja l-ħatra ta’ aġent, il-kontropartijiet eliġibbli jaderixxu mar-regoli u l-proċeduri kollha applikabbli stabbiliti f’din il-Linja Gwida; u (ii) il-kontropartijiet eliġibbli jikkonkludu ftehim kuntrattwali ma’ kumpaniji li jġorru l-flus kontanti li jistabbilixxu li kumpaniji li jġorru l-flus kontanti għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 10(a) u (b) u fl-Artikoli 13(1) sa 13(3).” |
(3) |
Fl-Artikolu 9, jiżdied it-test li ġej fi tmiem il-paragrafu 2: “Il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema għandu jirrapporta lill-BĊE l-informazzjoni li huwa jirċievi minn kontroparti eliġibbli, filwaqt li jikkunsidra l-obbligi stabbiliti fi strument legali separat.” |
(4) |
L-Artikolu 10 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 13 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
Qed jiġi emendat l-Artikolu 16 kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’li ġej: “BĊNi futuri Ewrosistema għandhom jibagħtu lill-BĊE kopji ta’ kull strument legali u miżuri adottati fl-Istat Membru tagħhom fir-rigward ta’ din il-Linja Gwida mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perijodu tal-frontloading/sub-frontloading, madankollu mhux qabel li tkun ittieħdet kull deċiżjoni dwar l-abrogazzjoni tad-deroga fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.” |
Artikolu 2
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewopea.
Artikolu 3
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39.